Nhar il-Hadd 27 ta' Lulju, il-Banda Peace ser terga taghti s-sehem taghha fil-festa tal-Madonna tal-Karmnu fiz-Zurrieq. Il-Banda Peace ser tibda s-servizz taghha b'daqq ta' marci brijjuzi mat-toroq principali taz-Zurrieq fil-5:30pm u ser tkun qieghda taghti s-sehem taghha fil-hrug tal-vara bid-daqq tal-Ave Maria. Wara l-hrug tal-vara, l-banda Peace tibqa taghti spettaklu fil-pjazza b'daqq ta' siltiet Muzikali mill-isbah. Il-Banda wara l-Programm Muzikali, tassisti ghad-dhul tal-vara b'daqq tal-Ave Maria fejn il-banda tigi akkumpanjata b'kantanta.

Minn hawnhekk nixtieq nahtaf l-opportunita' u nsellem u nawgura l-festa t-Tajba liz-Zrieraq kollha! 

Nheggu l-partitarji u dilettanti sabiex jattendu u jakkumpanjaw il-Banda Peace.