Proditores Osculum – Il-Bewsa ta’ Guda - It-tema maghzula ghal wirja ta’ din is-sena hija l-bewsa li Guda ghazel biex jittradixxi lill-Bin il-bniedem, wirja li ssoltu naraw fil-kantina tas-Socjeta’ taghna u mhux biss. Il-Kummissjoni Zghazagh fi hdan is-Socjeta’ Muzikali Peace ghal ewwel darba fir-rahal sabih tan-Naxxar ser itella’ raprezentazzjoni hajja ta’ CENAKLU HAJ. Din ir-raprezentazzjoni ser tkun mtella’ miz-zghazagh u l-membri taghna, kien jehtieg li naghmlu ammont ta’ provi ghal dan il-ghan. Ghalhekk qeghdin nistiednukom sabiex f’Hamis ix-Xirka u l-Gimgha l-Kbira taslu wasla sar-rahal taghna, fejn taraw wiehed mill-isbah tempji mzejjna ghal dawn il-jiem kif ukoll taslu wasla sas-sede taghna u taraw raprezentazzjoni hajja.
F’din ir-raprezentazzjoni wiehed se jara l-ahhar ikla ta’ Gesu mad-dixxipli kif ukoll se jkun hemm l-parti fejn ix-xitan irnexxielu dak li kellu pjanat f’mohh Guda l-iskarjota. Il-wirja se tinfetah nhar il-Hamis 10 t’April sal-Gimgha l-Kbira, fejn f’din il-wirja apparti c-Cenaklu se jkun hemm armati diversi simboli li jfakkruna fil-passjoni ta’ Sidna Gesu’ Kristu, Kappella bis-Sepurklu u armar iehor marbut ma’ dawn iz-zminijiet.
Il-hinijiet tal-ftuh tal-Wirja ser ikunu:
Matul il-gimgha mill-5.30pm sat-8:00pm
Hadd il-Palm mit-8:00am sal-12:00pm
Raprezentazzjoni Hajja:
Hamis ix-Xirka mit-8:00pm sal-11:00pm kull 20 minuta
Gimgha Mqaddsa mid-9:00am sal-12:00pm kull 20 minuta
Ghal iktar informazzjoni zuru l-website tas-Socjeta’ taghna www.bandapeacenaxxar.com
Kummissjoni Zghazagh
Peace Band Club
Naxxar