Nhar is-Sibt 25 ta' Jannar mit-8:00am l-quddiem ser isir 'filming' fil-bar area tal-kazin taghna mill-PBS u ser jintwera' f'wahda mill-kartolini li tidher qabel kull diska fil-Malta Song for Europe. Ftit jiem ilu l-PBS talbuna sabiex jittiehdu xi filmati fil-kazin taghna ghaliex riedu kazin tipiku Malti. Dan is-song contest ikun imxandar fuq it-televizjoni lokali kif ukoll madwar l-Ewropa. 

Is-Socjeta' Muzikali Peace accetat u onorat li isir il-filmat fil-kazin taghna, u ghalhekk nixtiequ li nistiednu lilkom sabiex nhar is-Sibt 25 ta' Jannar mit-8:00am l-quddiem tigu u tkunu parti minn dan il-filmat. Kullhadd huwa mistieden sabiex jattendi.

Narawkom.