Nhar il-Hadd 3 ta' Novembru l-Kumitat Centrali ser jorganizza attivita' familjari ohra ghal gurnata gol-gzira Ghawdxija. It-transport ser jitlaq minn-quddiem il-kazin fis-7:00am. Ser ikollna t-transport il-gurnata kollha maghna fejn ser inzuru r-Rabat, Ta' Pinu, Xlendi u Marsalforn.Nibdew il-gurnata b'quddies fil-Bazilika ta' San Gorg tar-Rabat. Il-Prezz huwa ta' €25 il-kbar u t-tfal ta' €10. Il-Prezz jinkludi t-transport mill-kazin ghac-Cirkewwa u lura, it-transport f'Ghawdex, kif ukoll ikla 3 course meal f'restaurant:

  • Soppa jew Spagetti jew Lasagna;
  • Tigieg jew Laham jew Hut
  • Tazza Nbid u Soft Drink u Gelat.

Il-Vapur mhux inkluz fil-prezz (Persuni minn 60 sena 'l fuq huma mfakkra jgibu maghhom il-karta anzjan).

Il-Bandisti tal-Post ser jinghataw il-biljett tal-vapur b'XEJN.

Thallux ghall ahhar ghal bookings. Heggu lill shabkom u l-familjari taghkom sabiex jattendu flimkien maghna.

Naprezzaw hafna l-attendenza' taghkom.