Il-Kumitat Centrali nhar is-Sibt 8 ta’ Gunju 2013 ser jorganizza gita mill-isbah u nteressanti go Sqallija. Ser inzuru Modica fejn ser naraw kif tinhadem ic-cikkulata famuza ta’ Modica, kif ukoll ser ikollna l-opportunita’ li nduqu c-cikkulata li tkun ghadha kemm giet processata. Wara ser imorru go farm tal-gobon fejn ser naraw kif jinhadem il-gobon Sqalli, u wara ser ikollna l-opportunita’ li nduqu dan it-tip ta’ gobon ukoll. Wara minn ikun interessat ikun jista ukoll jixtri prodotti minn dawn iz-zewg fabbriki.
Wara ser imorru nieklu ikla 7 course go razzett agriturismu li tinkludi f’antipasto, 2 starters, 2 main courses, dezerta w café’ (inbid u ilma jinghataw b’xejn u tistghu tixorbu kemm tridu). L-ikel huwa kollhu frisk u genwin ghaliex isir maghmul dik il-gurnata stess minn prodotti friski.
Wara l-ikel, ser imorru fic-‘Centro Commerciale Ibleo’ li fih 55 hanut ta’ ditti rinomati bhal ‘Piazza Italia’, ‘H&M’, ‘Intercoop’, ‘Benetton’, ‘Colt’, ‘Scarpe & Scarpe’, ‘Euronics’, ‘Adidas’ u hafna aktar. Il-prezz ta’ din il-gita huwa ta’ €139 (Dan il-prezz jinkludi l-vjagg ta’ siegha u nofs bil-katamaran il-gdid ‘Jean de la Vallette’ li huwa t-tielet l-akbar katamaran fid-dinja, Pullman ‘airconditioned’ li ser ikun il-gurnata kollha maghna, fuel surcharge, l-eskursjonijiet kollha, l-ikla u t-tour leader ta’ Dj Charlo Travel, kif ukoll it-taxxi kollha huma nkluzi fil-prezz). Il-prezz huwa ‘All Inclusive’. Il-prezz tat-tfal taht l-14 –il sena huwa ta’ €65 u dawk it-tfal kollha li huma taht l-4 snin b’xejn.)
Aktar informazzjoni ser tigi mtellgha fuq dan is-sit aktar tard. Jekk tixtiequ tistaqsu xi haga ohra, tistghu taghmlu dan billi tibghatu l-mistoqsijiet taghkom fuq info@bandapeacenaxxar.com.