Nhar il-Hadd 14 t'Ottubru fl-okkazjoni ta' gheluq il-festi tal-150 sena anniversarju ser issir Quddiesa ta' Radd il-Hajr fit-8:30am fil-Knisja Parrokjali. Il-Quddiesa ser tkun animata mill-Membri tas-Socjeta'. Fi tmiem il-Quddiesa jitkanta l-innu tal-Bambina 'O Tfajla Mmakulata'. Inheggu lis-Socji u Bandisti sabiex jattendu u jahsbu minn kmieni sabiex jilhqu post tajjeb ghaliex din il-quddiesa hija wahda mill-aktar iffrekwentati.
Wara l-Quddiesa ghall habta ta' l-10am , wara li tispicca l-funzjoni mill-knisja, jibda marc mat-toroq tan-Naxxar fejn matul is-snin is-Socjeta' kellha is-sede taghha li huma:- St.Lucija, Castro, Main Street, u l-pjazza. Ser jitpoggew kuruni mal-postijiet kollha li matul is-snin kienu okkupati mill-Banda bhala Kazin. Il-marc jispicca f'nofsinhar b'daqq ta' marci fil-pjazza quddiem is-sede tas-Socjeta'.
Is-Socji huma mistiedna jakkumpanjaw lill-Banda u jattendu ghall-attivitajiet li torganizza s-Socjeta' halli jkunu jistghu jgawdu mill-attivitajiet li torganizza.
Il-Kumitat u l-Kummissjonijiet flimkien mal-ferghat kollha tas-Socjeta' japprezzaw hafna l-attendenza taghkom.
Grazzi!