Nhar is-Sibt 8 ta' Settembru f'jum il-Festa ta' l-ghaziza patruna taghna n-Naxxarin Marija Bambina, l-Banda Peace bhall kull sena ohra ser taghti s-sehem taghha matul il-Purcissjoni. Il-Banda Peace ser takkumpanja tul it-triq kollha lill-istatwa titulari ta' Marija Bambina sad-dhul. Waqt id-dhul il-banda taghna issellem lill-Marija Bambina b'ddaqq ta' inijiet Marjani minn fuq il-plancier.
Filwaqt li nixtiequ il-festa t-tajba lin-Naxxarin kollha, nheggukom sabiex tipparticipaw fl-attivitajiet kollha li qed inhabbrulkom. Ejjew niltaqghu flikien u niccelebraw din il-festa ta' Marija Bambina u gheluq il-150 sena tal-Banda Peace. Hija x-xewqa tal-President u l-Kumitat kollhu li niccelebraw din il-festa bhala poplu Naxxari maghqud.