Il-Kummissjoni Żgħażagħ ser jorganizzaw Festin tal-Milied għat-tfal kollha, li se jsir nhar is-Sibt 27 ta’ Diċembru fid-6:00pm, ġewwa Palazzo Vittorja. 

Matul il-festin ser ikun hemm programm mimli attivitajiet maħsuba apposta biex idaħħlu l-ispirtu tal-Milied fost il-familji kollha, fosthom:

  • Tiżjin tas-siġra tal-Milied flimkien mat-tfal

  • Logħob divertenti u kompetizzjonijiet b’rigali x’jintrebħu

  • Ikel u xorb adattat għat-tfal

  • Dehra speċjali ta’ Santa Klaws, li se jilqa’ lit-tfal kollha

  • Rigal b’xejn lil kull tifel u tifla li tattendi

Il-prezz tad-dħul huwa ta’ €10 għal kull tifel u tifla.

Booking u Informazzjoni

Riservi jistgħu jsiru fuq:
📞 +356 79 00 9694

Inħeġġu lill-familji jibbukkjaw minn qabel sabiex jiżguraw posthom għal din il-lejla ta’ ferħ, tagħlim u tradizzjoni.