Inħeġġuk tingħaqad magħna għal serata mimlija togħma, tradizzjoni u ħbiberija! 

“Laħam taż-Żiemel – Ikla b’Risq il-Festa” ser ssir is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2025, fit-8:00 ta’ filgħaxija, fis-Sala Marija Bambina. Din hija okkażjoni speċjali fejn nistgħu nieħdu pjaċir b’ikel tradizzjonali Malti filwaqt li ngħinu fil-ġbir ta’ fondi għall-Festa tagħna.

Il-menu jinkludi platti delizzjużi magħmula b’imħabba u skont ir-riċetti ta’ dari -  esperjenza li żgur ma tridx titlef! 

📅 Dettalji tal-attività:

  • Data: Is-Sibt, 15 ta’ Novembru 2025

  • Ħin: 8:00pm

  • Post: Sala Marija Bambina

📞 Bookings: minn OTTO Clubhouse jew ċempel fuq 79009694 biex tibbukkja postok illum!

Ejja ngħaddu lejl sabiħ flimkien, nieklu, nidħku u ngħinu lill-komunità tagħna.
 

Narawkom hemmhekk! 

Marċ Brijjuż. Karmar- Mro.Andrew Coleiro