Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar qieghed jorganizza rahal tal-Milied , fejn il-banda taghna ser taghti s-sehem taghha. Dan ma huwiex jum in-Naxxar , izda hija attivita li ser iddahalna zgur fi spirtu tal-Milied.
Dan ghaliex dakinhar stess fil-kazin taghna ser jkun hemm bosta attivitajiet ghaddejin fostom : il-Bazaar tal-Milied, il-wirja tal-presepju mmekanizat li qieghed jinhaddem minn membri zghazagh tas-Socjeta', id-ddaqq tal-'Christmas Carols' mill-banda Peace , u bosta ohrajn. Dakinhar ser jkun hemm ukoll, bosta presepji ghall-bejgh mahdumin mill-istess zghazagh tas-Socjeta'. Tajjeb nghidu ukoll li dakinhar il-faccata tal-kazin li tant ghamlet unur lir-rahal taghna ,ser tkun armata u mixghewla ghall-okkazjoni. Tajjeb nghidu wkoll li fl-istess gurnata, is-Socjeta' taghna qeghda tistieden lill kullhadd biex izur is-swali meraviljuzi tal-kazin, kif ukoll il-kantina fejn go fiha ser jintrama l-presepju mekanizzat.
Il-banda Peace ser ddoqq 'Carols' tal-Milied fis-2pm , kif ukoll ser terga ddoqq fil-5:00pm xhin jinxtghelu l-faccati tal-Kazin li gew kollha mahdumin u armati minn zghazagh attivi fis-Socjeta'.
Filwaqt li nawguralkom Milied mill-isbah, nistedinkom biex nhar Il-Hadd, 13 ta' Dicembru tkunu qeghdin tiddevertu maghna f'din l-attivita' li zgur ser idahhalna aktar fl-ispirtu tal-Milied.
Narawkom!