Nhar is-Sibt 3 ta' Mejju fis-7:30pm ġewwa s-sala Marija Bambina, ser tiġi organizzata Rokna Mużikali fejn ser inkunu qiegħdin nagħtu spazju għall-istudenti u mużiċisti tal-banda Peace sabiex jesponu t-talenti tagħhom. 

Din l-attivita' qiegħda tiġi mtellgħa b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Żgħażagħ u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.