Nhar il-Ħadd 20 t' April, il-Banda Peace bi pjaċir u unur kbir bħal kull sena ser terġa takkumpanja lill-istatwa artistika ta' Kristu Rxoxt mat-toroq Naxxarin. Il-banda Peace ser idoqq bosta marċi brijjużi, klassiċi kif ukoll valzi matul il-purċissjoni sħiħa. Din is-sena l-Kumitat tal-Kolleġġjata Marija Bambina tan-Naxxar ħabbar li l-purċissjoni bl-istatwa ta' Kristu Rxoxt ser terġa tibda ssir filgħodu minnflokk filgħaxija. Fl-10:00am tibda ħierġa l-purċissjoni bl-istatwa tal-Irxoxt bis-sehem tal-Banda Peace.
Il-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd b'mod speċjali lis-soċji, ħbieb u lin-Naxxarin kollha!
Marċ Brijjuż. Il-Bożen- Maġġur Anthony Aquilina