Nhar il-Ġimgħa, 27 ta' Diċembru fis-6:00pm fis-Sala Marija Bambina ser jiġi organizzat party tal-Milied għat-tfal. Din l-attivita' tinkludi divertiment mat-tfal, logħob, ikel u xorb u fl-aħħar tal-party jingħata rigal lill kull tifel u tifla. Ser issir ukoll dawra fuq il-ferrovija madwar in-Naxxar. Bookings minn OTTO Clubhouse jew mal-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.