Il-Kummissjoni Zghazagh gew mistiedna mill-Kazin tal-Banda San Sebestjan ta' Hal Qormi sabiex fil-'weekend' tas-16, 17 u 18 ta' Settembru ninnghaqdu maghhom sabiex intellaw xi armar mis-Socjeta' taghna ghall-wirja li qeghdin jorganizzaw. Il-Kummissjoni Zghazagh ser tkun qeghda tipartecipa ukoll go wirja fil-Kazin San Sebastjan li ha tkun tikkonsisti f'xoghliet ta' l-artist Salvu Bugeja li fiha ha nkunu qeghdin nesebixxu Bandalora u Pavaljun tal-festa li huma fuq id-disinn ta' Salvu Bugeja. Wiehed mill-Pavaljuni ser ikun ukoll imdendel fit-triq ta' fejn l-ghassa ta' Hal Qormi.

Attivita' ohra li giet imtella mis-Sezzjoni Zghazagh ta' San Sebastjan hija li l-bandisti tal-post ta dawk is-Socjetajiet li ghalqu il-150 sena jew aktar, gew mistiedna sabiex jiehdu sehem f'marc bil-bandisti kollha flimkien fejn kull Socjeta' ikkontribixxiet b'zewg marci ghal libret li ser jintuza biss ghal din l-okkazjoni. Dan igifieri li ser tigi ffurmata 'mass band' bil-bandisti ta' l-ewwel tmien baned li twaqqfu fil-gzejjer Maltin , fosthom il-Banda taghna. Il-Mass Band ser iddoqq mis-7:00pm sad-9pm.

Il-banda Peace ser itella numru ta' bandisti tal-post biex jiehdu sehem. Din l-attivita' ser issir nhar is-Sibt 17 ta' Settembru f'Hal Qormi  u tibda fis-6:00pm quddiem il-Knisja ta' San Bastjan.