Nhar is-Sibt 23 ta' Marzu fil-5:30pm ser tiġi organizzata Purċissjoni ta' Marija Addolorata li ser tibda minn quddiem il-Kappella ta' San Ġwann il-Battista, n-Naxxar. Din il-purċissjoni ser tkun akkumpanjata b'daqq ta' marċi funebri mill-Banda Peace. It-tfal u l-adoloxxenti kollha mistiedna jieħdu sehem u dawk li jixtiequ jipparteċipaw f'din il-purċissjoni jistgħu jinkitbu fuq bażi ta' first come first serve.
Applikazjoni f'OTTO Clubhouse jew mal-Membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Tistgħu tikkuntatjaw lill-Adam għal aktar informazzjoni fuq 7926 3417.