Nhar is-Sibt 23 ta' Diċembru fis-2:30pm ser tittellgħa r-Rokna Mużikali b'edizzjoni speċjali tal-Milied fis-Sala Marija Bambina. F'dawn il-kunċerti żgħar jingħata spazzju għall-istudenti u mużiċisti tal-Banda Peace biex jesponu t-talenti tagħhom.