Il-Kummissjoni Żgħażagħ b'kollaborazjoni mal-'Old Motors Club Malta' qiegħdin iħejju l-preparamenti tagħhom sabiex nhar il-Ħadd 30 t'April, il-Pjazza Naxxarija tospita il-'The Naxxar Motor Show Exhibition 2023'. Din l-attivita' tibda fid-9:00am u tispiċċa f'nofsinhar. 

Nixtiequ nirringrazjaw minn qalbna lill-Enemed u l-Kunsill Lokali tan-Naxxar tal-kollaborazjoni sħiħa. Grazzi llkoll lill isponsors ta' din l-attivita' fosthom lill-OTTO Clubhouse; Autoglym Malta; Jeff's Pastizzeria; VC Service Station; Jason Car Imports; George and Rocco Car Centre; California Garage u Tyretreads. 

Aktar dettalji jittellgħu fuq is-sit fil-jiem li ġejjin.