Il-Ġimgħa Kbira reġgħet waslet u din is-sena bħas snin ta' qabel is-Soċjeta' tagħna ser tagħti l-kontribut tagħha fil-purċissjoni ferm mistennija tal-Ġimgħa l-Kbira nhar il-Ġimgħa 7 t' April. Il-Banda Peace bħal kull sena ser tkun qiegħda ddoqq marċi funebri mill-isbaħ fejn din is-sena l-banda tagħna ħarġet sett ta' Marċi Funebri ġodda uniċi li ser jkunu qiegħdin jindaqqu nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Inħeġġukhom tattendu u toqgħodu viċin il-banda tagħna sabiex tkunu tistaw tgawdu u tisimgħu dawn il-marċi li fosthom hemm bosta ġodda u esklusivi għal banda tagħna.
Marċ Funebru tas-Surmast Naxxari Mro.Lino Pirotta - Alla Memoria Di Antonio Mifsud - Lino Pirotta