Nhar it-Tnejn, 31 ta' Ottubru l-Kummissjoni Żgħażagħ ser jorganizzaw attivita' fiż-żmien tal-'Halloween' bl-isem 'Trick or Treat'. Din is-sena, l-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħda tħeġġeġ lill-ġenituri kollha sabiex niltaqgħu l-Każin u mmorru Trick or Treat flimkien. Wara niltaqgħu fis-Sala Marija Bambina fejn ser ikun hemm ikel, xorb u film għat-tfal. Fl-aħħar tal-attivita', t-tfal ser jingħataw ukoll borża ħelu.
Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tinformakom li t-tfal iridu jkunu akkumpanjati minn adult/i.
Bookings minn OTTO Clubhouse jew mal-Membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.
Narawkom Tfal!