Nhar il-Ħamis 8 ta' Settembru, il-Banda Peace fis-6:45pm bi privilleġġ kbir ser tkun qiegħda takkumpanja l-istatwa artistika u devota ta' Marija Bambina fil-purċissjoni bl-innijiet tant sbieħ u popolari man-Naxxarin. Xħin l-istatwa tasal fil-Pjazza, l-poplu huwa mħeġġeġ jieħu sehem fil-kant tal-innijiet waqt li l-Banda Peace ssellem lill-Bambina bl-Ave Maria tas-Surmast Gużeppi Fenech minn fuq il-Planċier. 

O Bambina - kollok glorja,

Bħal Reġina - inberkuk,

Biex tgħannina - bil-Vittorja,

Omm ħanina - nitolbuk.