Nhar it-Tlieta, 28 ta' Diċembru ser jerġa jirritorna l-Kunċert tal-Milied mill-Banda Peace tan-Naxxar. Dan għaliex fl-aħħar sentejn il-kunċert ma sarx minnħabba l-pandemijja. Il-Kunċert ser isir ġewwa s-Sala Marija Bambina fis-7:30pm taħt id-direzzjoni tas-Surmast Naxxari, Lino Pirotta.
Kullħadd mistieden jattendi!
Dan il-Kunċert ħa jkun skond il-protokolli tas-saħħa. Min ħa jattendi huwa ġentilment mitlub li jirriserva post u juri ċ-ċertifikat tal-vaċċin fid-dħul.
RSVP: 77186208