Nhar is-Sibt 28 t'Awwissu, mit-08:00pm 'l quddiem, fil-Bitħa tal-Oratorju ser jiġi organizzat il-BBQ tradizzjonali tal-Festa 2021.
L-ikla tikkonsisti f'hekk:
- Platt fil-bidu: Pasta Salad,
- Platt ewlieni: Laħam jew Chicken Breast, żewġ tipi ta' zalzett, Potato Salad u Kontorn u
- Deżerta.
Għat-tfal ser ikun hemm: Beef Burger u Potato Salad flimkien ma' Deżerta.
Il-bookings huma miftuħa u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew billi tikkuntatjawna fuq dan in-numru - 77186208.
Nixtiequ ninfurmawkhom li din l-attività qiegħda ssir skond id-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. Jistgħu jattendu biss nies li jkunu rriservaw post . Imwejjed sa 6 min-nies. Ċertifikat tal-vaċċin huwa obbligatorju biex tattendi u jrid jiġi ppreżentat mal-entratura.
Grazzi!
Feature tal-Festa 2020 - Soċjeta' Mużikali Peace Naxxar