Nhar is-Ġimgħa, 30 ta' April mis-6:30pm l-quddiem, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta', ser jorganizzaw Pasta Night. Peress li ninsabu fl-għeqel tal-pandemijja, ddeċidejna li ma nagħmlux ikla fis-Sala Marija Bambina, pero' l-ikel ser jiġi mwassal fid-djar tagħkom (Free Delivery) jew tistaw tiġu u tiġbru l-ikel intom stess (Pick Up). 

Ikel: Għażla waħda ta' Għaġin li jinkludi:

  • Lasagna
  • Tortellini con Panna
  • Farfalle al Samone
  • Penne Chicken u
  • Deżerta.

Bookings minn OTTO Clubhouse jew ċemplu fuq 7922 1224.

Nixtiequ ninfurmawkom sabiex ma tħallux għal aħħar sabiex tordnaw l-ikel. L-ordnijiet ser jibqaw miftuħin sa nhar il-Ħamis 29 ta' April.

Grazzi mill-Qalb! L-għajnuna tagħkom hija ferm apprezata.

Inħarsu b'determinazzjoni u ottimiżmu lejn il-Festa 2021!

Marċ Brijuż bl-isem ta' AGRIGENTO kompożizzjoni ta' Mro.Andrew Coleiro.