F'din is-sena strawdinarja, s-Soċjeta' Mużikali Peace xtaqet li għal darb' oħra tkun viċin il-pubbliku b'mod speċjali f'dawn iż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Għalhekk, is-Soċjeta' qiegħda tiprepara skeda ta' programmi li ser jixxandru fuq Facebook Live matul il-ġranet tal-Ġimgħa Mqaddsa mill-31 ta' Marzu, sal-4 ta' April.

 

L-Erbgħa tat-Tniebri

31 ta' Marzu - Fis-7:00pm: Siltiet mill-kompożizzjoni grandjuża "Via Crucis" b'rifessjonijiet minn Dun Kevin Schembri.

 

Ħamis ix-Xirka

1 ta'April - Fis-7:00pm: Ir-rakkont tal-Passjoni ta' Sidna Ġesu' Kristu skond San Ġwann.

 

Il-Ġimgħa l-Kbira

2 ta' April - Fis-6:00pm: "Lejn il-Golgota" Programm virtwali ta' marċi funebri mill-Banda Peace, bi ħsieb minn Mons.Richard Borg.

 

Sibt il-Għid

3 ta' April - Fis-6:00pm: Programm b'filmati taċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa fin-Naxxar matul is-snin.

 

Waqt dawn il-programmi ser tkunu tistgħu tgħinu lis-Soċjeta' tagħna finanzjarjament billi faċilment tibgħatu d-donazzjonijiet mill-kumdita ta' darkhom permezz ta' Paypal. Naprezzaw kull donazzjoni sabiex inkunu nistgħu nwasslu dan is-servizz bl-aħjar mod possibli f'dawn iż-żmienijiet diffiċli.

Grazzi.

Marċ Funebru - Alla Memoria di Antonio Mifsud. Kompożizzjoni ta' Mro. Lino Pirotta (Surmast Direttur tal-Banda Peace)