Nhar it-Tlieta 7 ta'Settembru fit-8:00pm, il-Banda 'Peace' ser iddoqq marci brijuzi fit-toroq: St.Publius, Guze' Muscat, San Gwann, Sta. Lucija, u jispicca fil-Pjazza.

Fid-9:45pm, il-Banda 'Peace' tesegwixxi Programm Vokali u Strumentali fuq il-Plancier Maestuz tas-Socjeta' fil-pjazza taht id-direzzjoni tas-Surmast Lino Pirotta bl-ghajnuna ta' l-Assistent Surmast Trancred Grech. Ghal waqt il-programm se jkun hemm is-"seating" ghall-membri u benefatturi ta' din is-Socjeta'. Kullhadd huwa mistieden biex jattendi ghal dan l-ispettaklu kbir!