Is-sena 2025 kienet sena ta’ impenn kontinwu fir-rigward tar-ristrutturar tas-sede tagħna, Palazzo Vittoria, in-Naxxar.
Wieħed minn dawn il-proġetti kien ir-rinnovament u t-tisbiħ tal-faċċata li tagħti għal Pjazza Vittorja, Sqaq Nru. 2. Dan ix-xogħol sar bil-għan li jitħares u jitjieb il-valur storiku u arkitettoniku tal-binja, filwaqt li jingħata dehra aktar denja lill-qalba tal-Pjazza Naxxarija.
Ringrazzjament speċjali jmur lill-ħaddiema kollha li wettqu dan ix-xogħol b’dedikazzjoni, kif ukoll lir-residenti għall-kooperazzjoni u l-fehim li sibna mingħandhom tul il-proċess.
Qed inħarsu ’l quddiem biex, fiż-żmien li ġej, inkompli naħdmu flimkien u nagħtu bidu għal wieħed mill-akbar proġetti li ġejjin, proġett li jixraq għal ġawhra fil-qalba tal-Pjazza tan-Naxxar.
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 31 ta’ Diċembru 2025