𝗔 𝗡𝗶𝗴𝗵𝘁 𝗔𝘁 𝗧𝗵𝗲 𝗠𝗼𝘃𝗶𝗲𝘀 Ⅱ - Serata Memorabbli - Grazzi

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

 

Nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru, il-Banda Peace taħt id-direzzjoni tal-Mro. Lino Pirotta tellgħet kunċert straordinarju, imżewwaq bit-tema maġika ta’ soundtracks memorabbli u mużika ikonika mill-films li tant inħobbu. Il-kunċert sar fit-Teatru ta’ San Alwiġi f’Birkirkara, u kien ir-raba’ edizzjoni ta’ dan l-avveniment spettakolari. 

Din is-serata kienet arrikkita wkoll b’numri taż-żfin mill-Aline Dance Academy ta’ Alana Bondin, li żiedu saff artistiku ieħor permezz ta’ koreografiji apposta għal din l-okkażjoni. Il-Banda Peace kienet ukoll akkumpanjata mill-kantanta straordinarja Amber Bondin, li biha ħaddmet interpretazzjonijiet mill-isbaħ ta’ diversi suċċessi mużikali.

Il-preżentazzjoni tas-serata saret b’mod brillanti minn Claire Agius, li żiedet eleganza u enerġija mal-avveniment.

Ringrazzjament speċjali lil Sebio Aquilina – Audio Visuals,  għar-ritratti u x-xogħol professjonali tiegħu.

Ħajr lill-isponsors kollha li taw il-kontribut tagħhom f'din is-serata: Visit Malta l ESS - Electrical Supplies & Services l Triple A l Calypso Radio 101.8 l CE Installations l Brown's l GCS Malta l OTTO Clubhouse l Peking Restaurant l Cisk l In-Naxxar Local Council l Top Supplements Malta

𝗔 𝗡𝗶𝗴𝗵𝘁 𝗔𝘁 𝗧𝗵𝗲 𝗠𝗼𝘃𝗶𝗲𝘀 Ⅱ 🎞

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 1 ta’ Diċembru 2025


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify