Gallery Album: Dun Mattew (ex Direttur Spiritwali u viċi Parrokku)

B'sogħba u dispjaċir kbir, is-Soċjeta' Mużikali Peace tħabbar il-mewt tal-viċi parrokku tagħna, Dun Mattew, li kien bniedem li tassew kien iħobb ir-raħal tan-Naxxar avolja ma kienx Naxxari u kellu għal qalbu ħafna s-Soċjeta' tagħna. Dun Mattew serva għal żmien twil bħala Direttur Spiritwali tas-Soċjeta' tagħna. Għamel żmien twil jidderiġi l-kor tat-tfal ta' Marija Bambina u kien jieħu ħsieb l-formazzjoni ta' l-abbatini. Madankollu kien ukoll Kannonku fil-knisja ta' San Pawl Appostlu fil-belt Valletta. Grazzi Dun ta' kull m'għamilt għar-rahal għaziz tagħna speċjalment bħala Direttur Spiritwali tas-Soċjeta' Mużikali Peace!
Ritratti [ 10 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi għar ritratti