B’niket ta’ sogħba nsellmu l-memorja ta’ Magdalene Debono, mart l-eks President tas-Soċjetà, John Debono, li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Illum ingħatat l-aħħar tislima lil Magdalene waqt quddiesa funebri fil-Knisja Kolleġġjata tan-Naxxar.

F’dan il-mument ta’ niket, is-Soċjetà Mużikali Peace tesprimi l-kondoljanzi sinċieri tagħha lill-familjari, lill-qraba u lill-għeżież kollha tagħha.

Marija Bambina tilqagħha fi ħdanha.

Tistrieħ fis-sliem.