Inawgurazzjoni ta’ Monument Artistiku f’Pjazza Vittorja - 1 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: It-Tlieta, 1 ta’ Settembru 2026

Illum filgħaxija nhar it-Tlieta 1 ta' Settembru, se tkun inawgurata uffiċjalment opra artistika ġdida f’Pjazza Vittorja, Naxxar, f’avveniment li se jżid dimensjoni artistika ġdida ma’ wieħed mill-aktar spazji emblematiċi tal-lokalità.

Il-monument se jiġi inawgurat mill-Ispeaker tal-Kamra tal-Parlament, l-Onor. Carmelo Abela, waqt ċerimonja li se ssir illum fis-7:30pm.

Din l-opra, li tkompli tarrikkixxi l-wirt artistiku u kulturali ta’ Naxxar, se tkun xhieda oħra tat-talent u l-kreattività artistika li tant jispikkaw fil-komunità Naxxarija.

Il-pubbliku huwa mistieden jattendi għal din l-okkażjoni speċjali u jkun parti minn dan il-mument importanti għall-lokalità.

📍 Pjazza Vittorja, Naxxar
🕢 Illum fis-7:30pm

#MonumentArtistiku #PalazzoVittorja #Naxxar #KażinTalArtisti

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 1 ta’ Settembru 2026


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify