Kif inhu magħruf, nhar it-Tnejn 1 ta' Ġunju, seħħet splużjoni fil-Kamra tan-Nar tal-Madonna ta’ Lourdes, San Ġwann, fil-limiti tan-Naxxar li, fost oħrajn, tintuża mill-pirotekniċi tagħna tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar. B’xorti tajba ħadd mill-pirotekniċi ma kien fuq il-post f’dak il-mument.

Grazzi l-ewwel nett lil Marija Bambina li nzerta ma kien hemm ħadd dak il-ħin.

Grazzi lill-Forzi tal-ordni kollha, pulizija, protezzjoni ċivili, crew tal-emerġenza ta’ Mater Dei li taw l-assistenza minnufih.

Grazzi lil kull min wera solidarjetà u ningħaqdu f'solidarjetà ma dawk kollha affettwati f’dan il-mument diffiċli.