80 sena ilu, l-isem tal-Banda nqaleb mit-Taljan għal Ingliż?

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Kontu tafu li propju 80 sena ilu fis-Seduta Ġenerali li nżammet f'Jannar, 1938, l-isem tal-Banda 'La Pace' nqaleb mit-Taljan għall-Ingliż biex sar 'PEACE BAND CLUB'?

Fis-seduta ta' wara, il-membri tal-Kumitat, iddeċidew li jagħmlu bandiera ġdida bl-arma u l-isem tal-Każin. Il-Bandiera kien ħadimha s-sur Salvatore Pirotta bla ħlas.

Dan ifisser li din is-sena, s-Soċjeta' tagħna ser tkun qiegħda tfakkar dan l-avveniment storiku fis-Soċjeta' tagħna.

 

Dokumentarju li jfakkar il-miġja tas-Soċjeta' matul iż-żmien ...

 

Ħajr lis-sur Edward Azzopardi għad-disinn tal-'poster'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 28 ta’ Jannar 2018