A Night at the Musicals - 2 ta' Diċembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 2 ta’ Diċembru 2023

Nhar is-Sibt 2 ta' Diċembru ġewwa t-Teatru ta' St. Aloysius College, l-Banda Peace taħt id-direzzjoni tas-Surmast Naxxari, Mro. Lino Pirotta ser ittella' l-Programm annwali tal-Banda bl-isem 'A Night at the Musicals'. 

Għaddejjin b’ritmu tajjeb l-aħħar preparamenti għall-kunċert mużikali ‘A Night At The Musicals’ li se jsir fit-Teatru tal-Kulleġġ ta’ San Alwiġi, f’Birkirkara, nhar is-Sibt, 2 ta’ Diċembru, 2023.

Il-Banda Peace tan-Naxxar, se tkun qed toffri spettaklu mill-aqwa ta’ mużika, dawl u viżwal f’ambjent teatrali mill-aqwa. Mal-Banda Peace din is-sena se jkunu qed jingħaqdu wkoll iż-żeffiena ta’ A-Line Dance Academy u l-vjolinist Mario Ciantar.

Fost il-mużika li se tindaqq hemm siltiet mill-musicals Aladdin, Phantom of the Opera, Grease, Fiddler on the Roof, Mary Poppins, Mamma Mia u oħrajn fost sorpriżi waqt is-serata.

Id-direzzjoni hi ta’ Lino Pirotta, surmast direttur tal-istess Banda.

Aktar informazzjoni u biljetti jinkisbu minn www.bandapeacenaxxar.com.

Agħfas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirriservaw il-post tagħkom:

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 4 ta’ Novembru 2023


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Lulju 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    30123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    28293031123
    45678910

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify