Fondi mill-Arts Council Malta

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum, il-President Edward Azzopardi, f'isem is-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar irċieva fondi mill-Arts Council Malta wara li b'suċċess il-proġett imressaq taħt 'l-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-għaqdiet tal-armar tal-festi, għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali' ġie approvat.

Kien hemm 71 għaqda volontarja li resqet proġetti biex jiġu finanzjati taħt din l-iskema, b'dawk approvati jkunu 27 għaqda fosthom is-Soċjetà tagħna.

Dan il-proġett diġà kien ġie mressaq u approvat b'mod unanimu waqt l-aħħar seduta ġenerali fejn matul il-jiem tal-festa se tkun tistgħu taraw aktar dettalji.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 25 ta’ Awwissu 2023