Jibda x-xahar t'Ottubru ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Ix-xahar t'Ottubru beda' u għal ħafna devoti tal-Madonna, x-xahar ta' Ottubru huwa dejjem wieħed speċjali għaliex huwa x-xahar ddedikat lill-Madonna tar-Rużarju. Għalhekk, huma bosta n-nies li matul ix-xahar t'Ottubru jagħżlu li jesprimu d-devozjoni Marjana tagħhom permezz tat-talba tar-Rużarju.

Is-Soċjeta' tagħna ħasset il-ħtieġa li torganizza attivita' virtwali sabiex llkoll flimkien inkunu qiegħdin nwasslu t-talba tar-rużarju fi djarkom permess ta' diretta fuq Facebook. Nhar l-Erbgħa 7 ta' Ottubru ingħad ir-Rużarju mill-Kappella tal-Każin live fuq Facebook minn żewġ membri tas-Sezzjoni Tfal u Addoloxenti (Emilia Zrinzo Azzopardi u Jake Cauchi). 

Il-filmat tistaw issibuħ hawn taħt sabiex tkunu tistaw titolbu flimkien magħna. 

Emilia u Jake jitolbu t-talba tar-Rużarju fil-Kappella tal-Każin

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 8 ta' Ottubru 2020


Festa 2020
KURAĠĠ - COVID-19