Niċċelebraw flimkien it-Tmien Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 29 ta' Awwissu, ninsabu propju fiż-żmien il-Festa fejn għal ħafna minn nies huwa wieħed mill-isbaħ żminijiet tas-sena. Illum qiegħdin llkoll flimkien niċċelebraw it-tmien Sibt tal-Bambina kif ukoll l-ewwel jum tan-Novena. Il-Festa ġġib magħha ħafna mpenn, sagrifiċċji u ħidma b'mod volontarju matul is-sena kollha sabiex tinġabar l-għajnuna kollha meħtieġa biex b'hekk inkunu nistgħu ntellaw programm mill-isbaħ fiż-żminijiet tal-Festa. Sfortunatament din is-sena ser tkun Festa speċjali għaliex minnħabba l-pandemijja ser ikolna niċċaħdu minn ħafna attivitajiet li konna mdorrijin norganizzaw f'dawn il-jiem hekk sbieħ. Pero' bħalissa s-saħħa hekk tirrikjedi u għalhekk din is-sena xorta ser inkunu qiegħdin niċċelebraw żmien il-Festa pero' b'mod virtwali. Ninasabu żewġ Sibtijiet il-bogħod mill-jum tal-Festa għażiża tagħna ta' Marija Bambina, u propju f'dan is-Sibt xtaqna naqsmu magħkom il-lirika tal-aħħar diska tagħna bl-isem Żgħażugħa Jien. Diska li ħarġet apposta sabiex tiftaħ il-Festi l-kbar li kelna pjanati għal Festa ta' din is-sena 2020 dan għaliex propju f'din is-sena l-Kummissjoni Żgħażagħ qiegħda tiċċelebra l-25 sena mit-twaqqif tagħha. 

Ħajr lill-bravissima kantanta Nicole Frendo, lil Jonathan Bondin tal-lirika u mużika, lil Gabriel Cassar tal-filmati u muntaġġ u lil Elton Zarb tal-Produzzjoni. Grazzi wkoll liż-żgħażagħ u partitarji li nngħaqdu flimkien magħna sabiex tajna bidu għal dan il-proġett.... 💙🕊️

Żagħżugħa Jien - ft. Nicole Frendo

M'hemmx għalfejn ma naslux

Wara snin ta' tant ħidmiet

Biex wasalna sal-lum

Anke b'diffikultajiet
 

Imma qatt fl-imrar

Dawk li bnewha ma ċedew

Huma fin-Naxxar

Storja mużikali bdew
 

REF: Żagħżugħa jien

         F'moħħi friski l-ideali

         Żagħżugħa jien

         Din qalbi; immortali

         Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'

         Qatt mitmum

         Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
 

Tfal, nies ta' kull età

F'dil-familja imseħbin

Ġew, il-messaġġ mexxew

Mal-konfini Naxxarin
 

 

Ħeġġa ġdida ġiet

Feġġet kontra kull kurrent

Ħalluha tiżdied

Dan t'issa l-isbaħ preżent
 

REF: Żagħżugħa jien

         F'moħħi friski l-ideali

         Żagħżugħa jien

         Din qalbi; immortali

         Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'

         Qatt mitmum

         Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
 

BRIDGE: L-ewwel fin-Naxxar

                Jien L-ewwel fin-Naxxar

                Posti hu fil-qlub tal-kbar u ż-żgħar

 

REF: Żagħżugħa jien

         F'moħħi friski l-ideali

         Żagħżugħa jien

         Din qalbi; immortali

         Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'

         Qatt mitmum

         Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun

#żagħżugħaJien #uniċiFBeltna #familjaMagħquda#lEwwelBandaNaxxarijja #SoċjetaĦajja #SoċjetaŻgħażugħa

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 31 ta’ Awwissu 2020


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify