Gallery Album: Jum il-Festa ta' Marija Bambina filgħodu - 8 ta' Settembru

Nhar il-Ħadd f'nhar il-Festa filgħodu fil-11:30am, iż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjeta' Mużikali Peace inngħaqdu llkoll magħna fil-Pjazza f'Attivita' Soċjali sabiex flimkien bdejna ċ-ċelebrazzjonijiet ta' jum il-Festa. 

Bħal kull sena numru sabiħ ta' partitarji tas-Socjeta' nngħaqdu magħna sabiex flimkien ħloqna atmosfera' brijjuża fil-pjazza Naxxarijja quddiem is-sede tagħna. Pero' din ma kinetx l-aħħar attivita' tal-Festa għalina u l-aktar importani, għaliex filgħaxija b'unur u privileġġ kbir il-Banda Peace daqqet bħal kull sena fil-purċissjoni mal-istatwa Titulari u Devota ta' Ommna Marija Bambina. Kif ukoll sħabna d-dilettanti tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar taw is-sehem komplut tagħhom bl-arti tagħhom fis-sema'.

Ritratti [ 58 ]

Ħajr lil Josmar Muscat tar-ritratti