Aħbarijiet riċenti

[16-20] minn 463 artikli
<
>

Sett ta' Marċi ġodda mill-pinna tas-Surmast Direttur Mro. Lino Pirotta

IN-NAXXAR: Tifkiriet tal-Karnival

Memorji sbieħ tal-Karnival fin-Naxxar fejn fil-passat in-Naxxar kien raħal li kkontribwixxa ħafna fil-Karnival f'pajjiżna. Memorji mill-isbaħ ta' 45 sena ilu fir-renju tal-qarnit fl-aħħar sena li s-Soċjeta' Mużikali Peace ħadet sehem fil-Karnival ta' Malta wara snin twal ta' parteċipazzjoni kemm b'karrijiet trijonfali u anke bil-banda. Destination Moon on a Donkey Copter kien karru tal-Karnival li kien inħadem mis-Soċjeta' tagħna fl-1956 fejn ġie premjat l-ewwel premju. 

Emblema kommemorattiva - 30 sena Kummissjoni Żgħażagħ

Hekk kif ninsabu fl-ewwel jiem tas-sena 2025 bi pjaċir xtaqna naqsmu magħkom l-arma kommemorattiva li ser tintuża matul din is-sena biex tfakkar it-30 sena ħidma tal-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar.

Bla dubju din ser tkun sena speċjali kemm għaż-żgħażagħ tagħna kif ukoll għas-Soċjetà.

Grazzi lill-artist Josef Camilleri li ħadem dan id-disinn.

Reġistrazzjoni tas-Soċji 2025

Ir-reġistrazzjoni sabiex tissieħeb bħala soċju għas-sena 2025 jew sabiex iġġedded it-tessera tiegħek huwa miftuħ kull nhar ta' Ħadd għal €15 fis-sena. Issieħeb mal-Ewwel Banda fin-Naxxar.

Nawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq

Il-President Marlon Brincat u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq. The President, Committee and Commissions of the Peace Band Club of Naxxar, wish you all a Merry Christmas and a Happy New Year full of Peace and Joyfulness.

Mro. Vincent Farrugia jinħatar bħala għalliem għas-sezzjoni tar-ram

[16-20] minn 463 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • September 2025
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.