Nhar il-Ħadd f'nhar il-Festa filgħodu fil-11:30am, nixtiequ nħeġġu liż-Żgħażagħ u l-Partitarji tas-Soċjeta' Mużikali Peace sabiex jinngħaqdu llkoll magħna fil-Pjazza f'Attivita' Soċjali sabiex niċċelebraw llkoll flimkien nhar il-Festa. 

Bħal kull sena numru sabiħ ta' partitarji tas-Socjeta' jinngħaqdu magħna sabiex flimkien noħolqu brijju fil-pjazza Naxxarijja quddiem is-sede tagħna. Pero' din mhux l-aħħar attivita' tal-Festa għalina, għaliex filgħaxija b'unur u privileġġ kbir indoqqu bħal kull sena fil-purċissjoni mal-istatwa Titulari u Devota ta' Ommna Marija Bambina. Viva Marija Bambina u l-Banda tal-Patruna!

Ritratt: Waqt l-attivita' tas-sena li għaddiet. Agħfas fuq dan il-link sabiex tara r-ritratti kollha.