Il-Ġimgħa 30 ta’ Ottubru 2026, Palazzo Vittoria f’Naxxar se jkun qed jilqa’ attività speċjali ta’ Halloween, b’serata ta’ divertiment għat-tfal u l-familji.

L-attività tibda fis-6:00pm bi “Trick or Treating”, fejn it-tfal ikunu jistgħu jipparteċipaw f’din it-tradizzjoni popolari ta’ Halloween, segwita minn Halloween Party fil-Marija Bambina Hall.

📍 Post: Marija Bambina Hall, Palazzo Vittoria - Naxxar
🗓️ Data: Il-Ġimgħa, 30 ta’ Ottubru 2026
🕕 Ħin: 6:00pm – Trick or Treating, segwit mill-party

Il-bookings jistgħu jsiru permezz ta’ OTTO Clubhouse, permezz ta’ Messenger jew fuq 7900 9694.

Nota importanti: It-tfal għandhom ikunu akkumpanjati minn adult waqt l-attività tat-“Trick or Treating”.