123 sena ilu, fis-16 ta’ Settembru tal-1903, twieled il-Markiż John Scicluna (1903–1970).

Magħruf ukoll bħala “iċ-Ċisk”, il-Markiz Scicluna kien bankier, intraprenditur u benefattur Malti prominenti, li ħalla legat sinifikanti fin-Naxxar. Huwa jibqa’ magħruf għall-qalb tajba tiegħu u għall-imħabba kbira li kellu lejn raħalna.

Huwa jibqa’ mfakkar għall-inizjattivi siewja u l-patrimonju li ħallielna, fosthom il-kontribut kbir tiegħu għall-armar tal-Festa, magħruf għall-finezza u l-eleganza tiegħu. Kien ukoll minn ta’ quddiem fl-introduzzjoni tad-dawl fl-armar matul is-snin għoxrin, fosthom fit-tiżjin tal-faċċata tal-Knisja, kif ukoll fil-Planċier l-Antik tal-Banda La Pace.

Il-kontribut tiegħu ma waqafx hemm. Huwa kkontribwixxa wkoll għad-dekorazzjonijiet tal-Bambina, fosthom raġġiera ġdida tal-fidda bil-luce elettrika, kif ukoll mant, magħruf bħala “pavaljun”, lussuż u mill-aktar rikk. Dawn huma biss ftit mill-kontributi li l-Markiz Scicluna ta lin-Naxxar u lill-komunità tagħna.

Il-Markiz Scicluna kien ukoll ta’ sostenn lis-Soċjetà Mużikali Peace, fejn serva bħala President Onorarju.

Fi Frar tal-1970, il-Banda Peace akkumpanjat il-korteo funebri tiegħu, bħala sinjal ta’ rispett u rikonoxximent lejn il-ġid li għamel għan-Naxxar u għas-Soċjetà.

Grazzi ta’ kollox, Markiż!