Data tal-Attivita: It-Tlieta, 15 ta’ Settembru 2026
Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Settembru, fil-5:30pm, hekk kif bdejna din il-Festa sabiħa f’ġieħ Marija Bambina, naslu wkoll għall-għeluq tagħha permezz tal-Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Ommna Marija Bambina.
Fi tmiem il-Quddiesa, inkunu xhieda tad-dħul lura fin-niċċa tal-vara artistika u devota ta’ Marija Bambina, biex b’dan il-mument sabiħ nagħtu l-aħħar tislima lil Ommna qabel ma tintemm din il-Festa tant għażiża għalina.
Ritratt: Ħajr lill-Josmar Muscat
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 9 ta’ Settembru 2026