Gallery›2025›Żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa›Inbelgħet il-Mewt fir-Rebħa - Rappreżentazzjoni ħajja tad-difna u l-qawmien ta' Ġesu'
"Inbelgħet il-Mewt fir-Rebħa" Rappreżentazzjoni ħajja tad-difna u l-qawmien ta’ Ġesù F’Ħamis ix-Xirka u filgħodu tal-Ġimgħa l-Kbira, fil-kantina storika ta’ Palazzo Vittoria, saret rappreżentazzjoni live kull 20 minuta li wriet b’mod realistiku d-difna u l-qawmien ta’ Ġesù. Din l-inizjattiva kienet possibbli grazzi għall-voluntiera tas-Soċjetà li ħadmu b’dedikazzjoni kbira, kemm fuq il-loġistika kif ukoll fl-interpretazzjoni tal-partijiet. Nixtiequ nirringrazzjaw minn qalbna lil kull min żar din l-esperjenza spiritwali u, b’mod partikolari, lill-voluntiera kollha li ħadmu bla heda minn wara l-kwinti biex din ir-rappreżentazzjoni tkun suċċess. Ritratti27Filmati0