Is-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, se tippreżenta “A Night at the Movies – Christmas Spectacular”, kunċert mużikali mill-Banda Peace, li jwiegħed lejla mill-isbaħ ta’ mużika, divertiment u atmosfera festiva.
Taħt id-direzzjoni mużikali tas-Soċjetà, il-Banda Peace se twassal programm mużikali ispirat minn melodiji u siltiet popolari mid-dinja taċ-ċinema, b’taħlita ta’ mużika li żgur se toħloq esperjenza indimentikabbli għal dawk kollha preżenti.
Dan il-kunċert se jkollu wkoll il-parteċipazzjoni speċjali tal-kantanta Sarah Micallef Muscat, li se tkun qed tingħaqad mal-Banda Peace għal din l-okkażjoni.
Nistiednu lill-pubbliku sabiex jingħaqad magħna għal din il-lejla speċjali u jgawdi spettaklu mużikali li jgħaqqad il-maġija tal-films mal-atmosfera sabiħa tal-Milied.
Tistgħu tibbukkjaw il-biljetti tagħkom online minn:
Taqbiżx din l-opportunità u ibbukkja postok minn issa!