Il-Soċjetà Mużikali Peace se tippreżenta “A Night at the Movies”, spettaklu mużikali speċjali għall-istaġun tal-Milied.

Din is-serata se ssir nhar is-Sibt, 5 ta’ Diċembru 2026, fit-Teatru tal-Kulleġġ San Aloysius, Birkirkara, u se twassal lill-udjenza fuq vjaġġ mużikali mill-isbaħ permezz tad-dinja taċ-ċinema, f’atmosfera festiva u mimlija maġija tal-Milied.

Aktar dettalji dwar dan l-ispettaklu, inkluż il-programm u l-informazzjoni dwar il-biljetti, se jitħabbru dalwaqt.

Żżommu d-data fid-djarju tagħkom u ibqgħu segwu l-paġni uffiċjali tas-Soċjetà Mużikali Peace għal aktar aġġornamenti.