Data tal-Attivita: Is-Sibt, 29 ta’ Frar 2020
Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar ser torganizza t-tieni ikla tagħha għal din is-sena 2020 b'risq il-Festa għażiża ta' Ommna Marija Bambina. L-ikla ser issir nhar is-Sibt, 29 ta' Frar 2020 fit-8:00pm ġewwa s-Sala Marija Bambina.
L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter: Soppa. Main Course: Laħam taż-żiemel jew Tiġieġ u Deżerta.
F'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ nixtiequ nħeġġu lil partitarji u ħbieb tas-Soċjeta' sabiex jinngħaqdu magħna għal din l-ikla biex b'hekk tkunu qiegħdin tgħinuna sabiex inwettqu l-proġetti u l-ideat tal-istess Kummissjoni. Kun parti mis-suċċess tagħna u nngħaqqad mal-familja sabiħa tagħna.
Grazzi mill-qalb tal-appoġġ kontinwu tagħkom!
Feature fuq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ ... Nħarsu l-quddiem b'determinazzjoni u Ottimiżmu għal Festa 2020...
L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 12 ta’ Frar 2020