Data tal-Attivita: Il-Ħadd, 8 ta’ Marzu 2020
Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta', b'parti biċ-ċelebrazzjonijiet tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif ta' din il-Kummissjoni, ser torganizza attivita' ta' għoti tad-demm fin-Naxxar bl-isem "Salva Ħajja u Agħti d-Demm fin-Naxxar".
Għalhekk nixtiequ nistiednu lil kullħadd sabiex nhar il-Ħadd 8 ta' Marzu mit-8:30am sas-1:00pm quddiem Palazzo Vittoria, f'Misraħ ir-Rebħa fin-Naxxar jiġi bi ħġaru u jagħti d-demm sabiex b'hekk inkunu qiegħdin ngħinu lil nies fil-bżonn.
Kont taf li b'borża waħda tad-demm kapaċi ssalva 3 persuni? Narawkom nhar il-Ħadd 8 ta' Marzu fin-Naxxar.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 8 ta’ Frar 2020