Braġiolata b'risq il-Festa 2020 - Nhar is-Sibt 25 ta' Jannar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 25 ta’ Jannar 2020

Hekk kif bdejna s-sena ġdida 2020, il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace ser torganizza l-ewwel ikla din is-sena b'risq il-Festa ta' Marija Bambina. L-ikla ser issir nhar is-Sibt 25 ta' Jannar fit-8:00pm ġewwa s-Sala Marija Bambina.

L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter: Pasta Bolognese, Main Course: Braġjoli jew Tiġieġ u deżerta

Il-bookings huma miftuħin u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nħeġġiġkom sabiex ma tħallux għall-aħħar! 

F'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ nixtiequ nħeġġu lil partitarji u ħbieb tas-Soċjeta' sabiex jinngħaqdu magħna għal din l-ikla biex b'hekk tkunu qiegħdin tgħinuna sabiex inwettqu l-proġetti u l-ideat tal-istess Kummissjoni.  Kun parti mis-suċċess tagħna u nngħaqqad mal-familja sabiħa tagħna.

Grazzi mill-qalb tal-appoġġ kontinwu tagħkom!

Feature fuq il-25 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Żgħażagħ ... Nħarsu l-quddiem b'determinazzjoni u Ottimiżmu għal Festa 2020...

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 9 ta’ Jannar 2020