Ikla b'risq il-Festa ta' Marija Bambina 2020 - 26 t'Ottubru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 26 ta’ Ottubru 2019

Hekk kif għaddiet il-Festa 2019, l-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' bdiet taħseb diġa għal Festa 2020 u sabiex inwettqu l-proġetti u l-ideat tal-Kummissjoni Żgħażagħ ikollna dejjem bżonn l-għajnuna qalbiena tagħkom. Għalhekk qiegħdin nistednuwkhom sabiex nhar is-Sibt, 26 ta' Ottubru fit-8pm ġewwa s-Sala Marija Bambina, tinngħaqdu flimkien magħna għal ikla fenek jew tiġieġ. 

L-ikla ser tkun imqassma hekk: Appetizers, Starter: Spagetti tal-Fenek, Main Course: Fenek jew Tiġieġ u deżerta. 

Il-bookings huma miftuħin u qiegħdin jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew minngħand il-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. Nħeġġikom sabiex ma tħallux għall-aħħar! 

Grazzi mill-qalb f'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ.

Aġġornament:

L-ikla ġiet pposposta mis-Sibt 19 ta' Ottubru għas-Sibt 26 ta' Ottubru. Grazzi tal-kooperazjoni tagħkom.

Feature fuq il-25 sena Kummissjoni Żgħażagħ

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 17 ta’ Ottubru 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify