Nifirħu lil Dun Richard Borg għal Pussess ta' Monsinjur tal-Katidral - 14 t'Awwissu

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 14 ta’ Awwissu 2019

Nifirħu minn qalbna lid-Direttur Spiritwali tas-Soċjetà Mons. Richard Borg B.A. Lic. D li nhar l-Erbgħa 14 ta' Awwissu ser jieħu l-pussess ta' Monsinjur tal-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċerimonja ser tibda fl-4:45pm u ser issir fil-Katidral. Nixtiequ nieħdu l-opportunita' sabiex inħeġġu lin-Naxxarin kollha b'mod speċjali lill-membri u soċji ta' din is-Soċjeta sabiex jattendu għal din iċ-ċerimonja. Wara ċ-ċerimonja fis-6:00pm, ser ikun hemm quddiesa.  Kburin li Fr Richard Borg jifforma parti mis-Soċjeta' kbira tagħna.

Dun Richard Borg ġie maħtur bħala Direttur Spiritwali fil-bidu ta' din is-sena. Nhar is-27 ta Jannar, 2018, permezz ta’ digriet ta’ Mons Arċisqof Charles J Scicluna, DUN RICHARD BORG ġie maħtur Monsinjur Onorarju tal-Kapitlu tal-Katidral tal-Imdina. Iċ-ċerimonja tal-investitura tiegħu bħala Monsjinjur, saret nhar il-Ħadd, 28 ta’ Jannar, fil-Katidral tal-Imdina, mill-E.T Mons Arċisqof Charles J Scicluna. Mons. Richard Borg huwa l-awtur tal-lirika tal-Cantata ‘L-Għanja tal-Paċi’ (2012) u tal-Innu Marċ ‘Lill-Bambina Sultana tal-Paċi’ (2017). Ingħata l-ġieħ ta' Membru Onorarju tas-Soċjetà tagħna nhar is-7 ta’ Settembru, 2014.

Minn qalbna nifirħulu u nawgurawlu AD MULTOS ANNOS!

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 12 ta’ Awwissu 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify